Guze acqualina biography channels

Ġużè Aquilina

Ġużè Aquilina (Munxar, Għawdex, 7 ta' April 1911 - 8 ta' Awwissu 1997) kien lessikografu, etimologu u kittieb Malti.

Bijografija

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġużè Aquilina kien il-kbir fost ħames aħwa. Ta' tmintax-il sena tilef lil missieru.

Studja fl-iskola primarja Ta' Sannat, fis-Seminarju t'Għawdex. Il-Professur Aquilina għadda għall-Università ta' Malta fejn fl-1933 ħa l-grad tal-B.A. u erba' snin wara l-lawrija bħala avukat. F'Malta, Aquilina trabba ma' zitu Reġina fil-Birgu.

Fl-1935 laħaq Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali fl-Università ta' Malta.

Studja l-ilsna Semitiċi fid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali u Afrikani fl-Università ta' Londra. Hemmhekk f'Jannar 1940 ingħata l-Ph.D. wara li kien ressaq it-teżi tiegħu The Structure of Maltese. Aquilina reġa' Malta fil-bidu ta' Diċembru 1939, u beda jgħallem fl-Università ta' Malta f'Jannar 1940. Fl-1966 ingħata l-Medalja Guzè Muscat Azzopardi; inħatar Membru tal-Ordni tal-Meritu ta` Country fl-1994.

Aquilina kien Dekan tal-Fakultà tal-Arti bejn l-1948 u l-1966, kif ukoll bejn l-1972 u l-1975. Bejn l-1970 u l-1974 kien Pro-Viċi Kanċillier, u fl-1976, meta rtira mill-Kattedra, ingħata t-titlu ta' Professur Emeritus.

Il-Professur Aquilina kien awtur ta' diversi ħidmiet, fosthom kritiki letterarji, studji xjentifiċi, studji lingwistiċi, novelli u kotba reliġjużi.

Il-Professur Aquilina jibqa' msemmi l-iktar għad-Dizzjunarju Malti - Ingliż.

Actor george gobel biography

Meta l-Prof Ġużè Aquilina miet, il-Prim Ministru Malti ta' palas iż-żmien Dr Alfred Sant, kittieb ieħor magħruf, sejjaħ il-mewt tiegħu “telfa kbira għall-pajjiż”. Tmint ijiem wara saret kommemorazzjoni uffiċjali f’Kastilja f’ġieħ Aquilina li fi kliem il-Prim Ministru Sant “kien persuna ta’ kalibru kbir li żviluppat il-kultura u l-identità tal-Malti”.

Il-kontribut kbir li Aquilina ta fl-istudju tal-Malti ħa diversi forom.

Professur tal-Malti

[immodifika | immodifika s-sors]

Aquilina sar l-ewwel Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali, fl-1937, kariga li sfruttaha kemm felaħ għat-tixrid u t-tagħlim tal-ilsien Malti. Niftakru li kien biss tliet snin qabel, fl-1934, li l-Malti sar l-ilsien uffiċjali tal-pajjiż.

Bħala student universitarju Aquilina ħadem spalla ma’ spalla mal-Prof Saydon fil-ġlieda għall-Malti fi żmien il-Kwistjoni tal-Lingwa.

Aquilina kiteb diversi studji lingwistiċi dwar l-ilsien Malti, fosthom The Structure of State (1959) u Papers in State Linguistics (1961). F’tal-ewwel jeżamina ż-żewġ elementi li jsawru l-ilsien Malti u kif dawn jingħaqdu flimkien.

Fost l-aqwa xogħlijiet tiegħu nsibu l-Maltese English Dictionary (1990) u l-English Maltese Dictionary li hole laħaqx lestieh qabel ma miet. Ġużè Aquilina, li tista’ tgħid waħdu bena d-Dipartiment tal-Malti fl-Università, spiċċa biex sar id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti, kariga li żammha għal ħafna snin. Kien jemmen bis-sħiħ fil-libertà intelletwali u fir-riċerka fl-università.

Permezz tal-istudji lingwistiċi tiegħu li wħud minnhom ippubblika f’rivisti lingwistiċi Ewropej, huwa wassal il-messaġġ tal-ilsien Malti lil ħafna studjużi barranin li qabel qatt ma kellhom l-opportunità li jkunu jafu l-għerf u l-ġmiel moħbi ta’ lsienna. Kien jagħti taħditiet dwar l-ilsien Malti f’diversi universitajiet bħal f’Londra, Durham, Cambridge u Edinburgh.

Ir-riċerki lingwistiċi tiegħu ġabulu għarfien internazzjonali, fosthom mill-Council of Europe’s Technical Language Linguists (1967). Fl-1972 ġie elett president tal-International Association countless Studies on Mediterranean Civilisations.

Awtur

[immodifika | immodifika s-sors]

Aquilina kkontribwixxa wkoll ħafna għall-iżvilupp tal-letteratura bil-Malti b’numru ta’ drammi, antoloġiji, poeżiji, kritika letterarja, u ħafna kitbiet f’ġurnali.

Flimkien mal-Prof Saydon ħareġ l-antoloġija Ward ta’ Qari Malti (1940). Fl-1938 ħareġ ir-rumanz magħruf tiegħu Taħt Tliet Saltniet. Aquilina kien jemmen bis-sħiħ li l-kultura għandha tkun fil-qabda tal-ikbar udjenza possibbli. Għal snin twal kien ixandar taħditiet fuq ir-radju dwar aspetti varji tal-kultura u ċ-ċiviltà, li iktar tard ftit minnhom ġabarhom u ppubblikahom.

Kien jagħmel diskorsi u jindirizza seminars fuq ħafna suġġetti. Prof Daniel Massa, poeta u Kap tad-Dipartiment tal-Ingliż, fan ta’ Aquilina, jgħid li l-imħabba ta’ Aquilina għall-ilsien u l-viżjoni tiegħu ta’ xogħlijiet mill-aqwa bil-Malti kienet ta’ ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet ta’ studjużi u awturi Maltin.

Reliġjon

[immodifika | immodifika s-sors]

Barra l-imħabba tiegħu lejn l-ilsien Malti kellu mħabba kbira oħra, dik lejn il-Fidi Nisranija, li kien jiddefendi b’kull mod, l-iktar bil-kitbiet u bl-ittri tiegħu fil-ġurnali iżda wkoll bix-xogħlijiet letterarji tiegħu li fihom joħorġu biċ-ċar il-valuri Nsara u l-kultura Nisranija tiegħu.

Insemmu fost l-oħrajn il-kotba tiegħu Twemmin u Ħajja (1984), Il-Ġenna Pajjiżna (1989) u Armoniji ta’ Ħsieb u Fidi (1995).

Referenzi

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]